Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2024 – Drinks Prod vs EUIPO – Coolike-Regnery (VIVIASEPT)

(Kawża T-796/22) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea VIVIASEPT –Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea VIBASEPT – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Drinks Prod SRL (Păntășești, ir-Rumanija) (rappreżentanti: I. Speciac u V. Stănese, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Coolike-Regnery GmbH (Bensheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Finke u T. Becker, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti qiegħda titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-29 ta’ Settembru 2022 (Każ R 488/2022-5).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Drinks Prod SRL, l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u Coolike-Regnery GmbH huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 54, 13.2.2023.