Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Diċembru 2012 - Spa Monopole vs UASI - Royal Mediterranea (THAI SPA)

(Kawża T-664/11) 

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Limitazzjoni tas-servizzi indikati fl-applikazzjoni għal trade mark - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV (Spa, il-Belġju) (rappreżentanti: L. de Brouwer, E. Cornu u É. De Gryse, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Royal Mediterranea, SA (Madrid, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta' Ottubru 2011 (Każ R 1976/2010-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SN/NV, u Royal Mediterranea, SA.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 65, 03.03.2012.