Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2014 – Combaro vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-752/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Combaro SA (Lausanne, l-Isvizzera) (rappreżentant: D. Ehle, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Lulju 2014 (REM 05/2013) li tiċħad it-talba għal maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni fl-ammont ta’ EUR 461 415.12, u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti ssostni li d-dazji doganali rkuprati a posteriori għall-importazzjoni ta’ materjal ta’ drapp tal-qanneb mil-Latvja bejn l-1999 u l-2002 għandhom ikunu suġġetti għal maħfra minħabba l-eżistenza ta’ ċirkustanzi partikolari, konformement mal-Artikolu 239 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4. p. 307). Fuq il-bażi ta’ ċirkustanzi partikolari, hija tinvoka nuqqasijiet gravi ta’ osservanza ta’ obbligi min-naħa tal-awtoritajiet doganali Latvjani u tal-Kummissjoni/tal-OLAF, kif ukoll aġir li jikkostitwixxi nuqqas serju min-naħa tal-awtoritajiet doganali Ġermaniżi. Skont ir-rikorrenti, dawn iċ-ċirkustanzi ma humiex riżultat ta’ negliġenza manifesta min-naħa tagħha.