Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2013 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-248/10) 1

[“Sistema lingwistika – Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi – Għażla tat-tieni lingwa fost tliet lingwi – Regolament Nru 1 – Artikolu 1d(1), l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal – Artikolu 1(1)(f) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal – Obbligu ta’ motivazzjoni – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni”]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall, J. Baquero Cruz u B. Eggers, sussegwentement J. Currall u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-avviż tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/177/10, għall-istabbiliment ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amminisraturi (AD5) fl-oqsma tal-Amministrazzjoni Pubblika Ewropea, tal-Liġi, tal-Ekonomija, tal-Verifika u tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) (ĠU 2010, C 64 A, p.1).

Dispożittiv

L-avviż tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/177/10, għall-istabbiliment ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amminisraturi (AD5) fl-oqsma tal-Amministrazzjoni Pubblika Ewropea, tal-Liġi, tal-Ekonomija, tal-Verifika u tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) huwa annullat.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mir-Repubblika Taljana.

____________

1 ĠU C 209, 31.07.2010.