Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Mejju 2010 - medi vs UASI - Deutsche Medi Präventions (deutschemedi.de)

(Kawża T-247/10)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: medi GmbH & Co. KG (Bayreuth, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Terheggen, H. Lindner u T. Kiputh, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Deutsche Medi Präventions GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-16 ta' Marzu 2010, fil-Każ R 1366/2008-4;

tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja EM 5 089 099;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Deutsche Medi Präventions GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "deutschemedi.de" għal servizzi fil-klassi 35

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Ġermaniża "medi.eu" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 10, 35, 39, 41, 42 u 44; it-trade mark verbali Ġermaniża "medi welt" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 10, 35, 38, 39, 41, 42, 43 u 44; it-trade mark verbali Ġermaniża "medi-Verband" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 10, 35, 38, 39, 41, 42, 43 u 44; it-trade mark verbali Komunitarja "World of medi" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 10, 35, 41 u 42; it-trade mark figurattiva Ġermaniża li fiha l-element verbali "medi Ich fühl mich besser", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 10, 35, 38, 39, 41, 42, 43 u 44; l-element verbali "medi" użat fl-isem kummerċjali u tan-negozju, għall-prodotti u servizzi kollha tat-trade marks fuq msemmija fit-territorju tal-Unjoni

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u oppożizzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, billi bejn it-trade marks kunfliġġenti hemm probabbiltà ta' konfużjoni u billi r-rikorrenti pprovat li kienet il-proprjetarja tal-isem tan-negozju u kummerċjali, kif ukoll ksur tad-dritt għal smigħ xieraq skont l-Artikolu 73 tar-Regolament Nru 207/2009

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).