Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju) fis-7 ta’ Lulju 2017 – Inter-Environnement Wallonie ASBL, Bond Beter Leefmilieu Vlaanderen ASBL vs Conseil des ministres

(Kawża C-411/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour constitutionnelle

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Inter-Environnement Wallonie ASBL, Bond Beter Leefmilieu Vlaanderen ASBL

Konvenut: Conseil des ministres

Parti oħra: Electrabel SA

Domandi preliminari

1.    L-Artikolu 2(1) sa (3), (6) u (7), l-Artikolu 3(8), l-Artikolu 5 u l-Artikolu 6(1), u l-punt 2 tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni ta’ Espoo “dwar l-evalwazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent f’kuntest transkonfinali” għandhom jiġu interpretati skont il-kjarifiki pprovduti mid-Dokument ta’ informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni għal attivitajiet fir-rigward tal-enerġija nukleari u r-Rakkomandazzjonijiet dwar prattika tajba rigward l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni għall-attivitajiet marbuta mal-enerġija nukleari?

2.    L-Artikolu 1(IX) tal-Konvenzjoni ta’ Espoo li jiddefinixxi l-“awtorità kompetenti” jista’ jiġi interpretat fis-sens li jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija konvenzjoni atti leġiżlattivi bħal-liġi tat-28 ta’ Ġunju 2015 “li temenda l-liġi tal-31 ta’ Jannar 2003 dwar it-twaqqif gradwali tal-enerġija nukleari għal finijiet ta’ produzzjoni industrijali ta’ elettriku sabiex tiġi ggarantita s-sigurtà ta’ provvista fuq il-livell enerġetiku”, b’teħid inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, tad-diversi studji mwettqa u seduti ta’ smigħ miżmuma fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ din il-liġi?

3.    a) L-Artikoli 2 sa 6 tal-Konvenzjoni ta’ Espoo għandhom jiġu interpretati fis-sens li japplikaw qabel l-adozzjoni ta’ att leġiżlattiv bħal-liġi tat-28 ta’ Ġunju 2015 “li temenda l-liġi tal-31 ta’ Jannar 2003 dwar it-twaqqif gradwali tal-enerġija nukleari għal finijiet ta’ produzzjoni industrijali ta’ elettriku sabiex tiġi ggarantita s-sigurtà ta’ provvista fuq il-livell enerġetiku”, li l-Artikolu 2 tagħha jipposponi d-data tad-diżattivazzjoni u tat-tmiem tal-produzzjoni industrijali ta’ elettriku tal-impjanti ta’ enerġija nukleari ta’ Doel 1 u Doel 2?

b) Ir-risposta għad-domanda magħmula fil-punt a) hija differenti skont jekk hija tikkonċernax l-impjant ta’ Doel 1 jew dak ta’ Doel 2, b’teħid inkunsiderazzjoni tan-neċessità, għall-ewwel impjant, li jiġu adottati atti amministrattivi għall-eżekuzzjoni tal-liġi ċċitata iktar ’il fuq tat-28 ta’ Ġunju 2015?

c) Is-sigurtà ta’ provvista tal-elettriku tal-pajjiż tista’ tikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tippermetti li ssir deroga mill-applikazzjoni tal-Artikoli 2 sa 6 tal-Konvenzjoni ta’ Espoo u/jew li tiġi sospiża din l-applikazzjoni?

4.    L-Artikolu 2(2) tal-Konvenzjoni ta’ Århus “dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali” għandu jiġi interpretat fis-sens li jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija konvenzjoni atti leġiżlattiv bħal-liġi tat-28 ta’ Ġunju 2015 “li temenda l-liġi tal-31 ta’ Jannar 2003 dwar it-twaqqif gradwali tal-enerġija nukleari għal finijiet ta’ produzzjoni industrijali ta’ elettriku sabiex tiġi ggarantita s-sigurtà ta’ provvista fuq il-livell enerġetiku”, b’teħid inkunsiderazzjoni jew le tad-diversi studji mwettqa u seduti ta’ smigħ miżmuma fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ din il-liġi?

5.    a) B’teħid inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, tar-“Rakkomandazzjonijiet ta’ Maastricht dwar il-mezzi għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni effettiva tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-qasam tal-ambjent” fir-rigward ta’ proċess deċiżjonali b’diversi stadji, l-Artikoli 2 u 6, flimkien mal-Anness I.1 tal-Konvenzjoni ta’ Århus, għandhom jiġu interpretati fis-sens li japplikaw qabel l-adozzjoni ta’ att leġiżlattiv bħal-liġi tat-28 ta’ Ġunju 2015 “li temenda l-liġi tal-31 ta’ Jannar 2003 dwar it-twaqqif gradwali tal-enerġija nukleari għal finijiet ta’ produzzjoni industrijali ta’ elettriku sabiex tiġi ggarantita s-sigurtà ta’ provvista fuq il-livell enerġetiku”, li l-Artikolu 2 tagħha jipposponi d-data tad-diżattivazzjoni u tat-tmiem tal-produzzjoni industrijali ta’ elettriku tal-impjanti ta’ enerġija nukleari ta’ Doel 1 u Doel 2?

    b) Ir-risposta għad-domanda magħmula fil-punt a) hija differenti skont jekk hija tikkonċernax l-impjant ta’ Doel 1 jew dak ta’ Doel 2, b’teħid inkunsiderazzjoni tan-neċessità, għall-ewwel impjant, li jiġu adottati atti amministrattivi għall-eżekuzzjoni tal-liġi ċċitata iktar ’il fuq tat-28 ta’ Ġunju 2015?

    c) Is-sigurtà ta’ provvista tal-elettriku tal-pajjiż tista’ tikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tippermetti li ssir deroga mill-applikazzjoni tal-Artikoli 2 u 6 tal-Konvenzjoni ta’ Espoo u/jew li tiġi sospiża din l-applikazzjoni?

6.    a) L-Artikolu 1(2) flimkien mal-punt 13(a) tal-Anness II tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent 1 , moqrija, fejn xieraq, fid-dawl tal-Konvenzjonijiet ta’ Espoo u ta’ Århus, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma japplikaw għall-posponiment tad-data ta’ diżattivazzjoni u ta’ tmiem tal-produzzjoni industrijali ta’ elettriku ta’ impjant ta’ enerġija nukleari, bl-implikazzjoni, bħalma huwa l-każ hawnhekk, ta’ investimenti importanti u ta’ upgrades tas-sigurtà għall-impjanti ta’ enerġija nukleari ta’ Doel 1 u Doel 2?

    b) Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda magħmula fil-punt a), l-Artikoli 2 sa 8 u 11 u l-Annessi I, II u III tad-Direttiva 2011/92/UE għandhom jiġu interpretati fis-sens li japplikaw qabel l-adozzjoni ta’ att leġiżlattiv bħal-liġi tat-28 ta’ Ġunju 2015 “li temenda l-liġi tal-31 ta’ Jannar 2003 dwar it-twaqqif gradwali tal-enerġija nukleari għal finijiet ta’ produzzjoni industrijali ta’ elettriku sabiex tiġi ggarantita s-sigurtà ta’ provvista fuq il-livell enerġetiku”, li l-Artikolu 2 tagħha jipposponi d-data tad-diżattivazzjoni u tat-tmiem tal-produzzjoni industrijali ta’ elettriku tal-impjanti ta’ enerġija nukleari ta’ Doel 1 u Doel 2?

    c) Ir-risposta għad-domandi magħmula fil-punti a) u b) hija differenti skont jekk hija tikkonċernax l-impjant ta’ Doel 1 jew dak ta’ Doel 2, b’teħid inkunsiderazzjoni tan-neċessità, għall-ewwel impjant, li jiġu adottati atti amministrattivi għall-eżekuzzjoni tal-liġi ċċitata iktar ’il fuq tat-28 ta’ Ġunju 2015?

    d) Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda magħmula fil-punt a), l-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2011/92/UE għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti li jiġi eżentat il-posponiment tad-diżattivazzjoni ta’ impjant ta’ enerġija nukleari mill-applikazzjoni tal-Artikoli 2 sa 8 u 11 tad-Direttiva 2011/92/UE għal raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali marbuta mas-sigurtà ta’ provvista tal-elettriku tal-pajjiż?

7.    Il-kunċett ta’ “att leġiżlattiv speċifiku” fis-sens tal-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2011/92/UE għandu jiġi interpretat fis-sens li jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva att leġiżlattiv bħal-liġi tat-28 ta’ Ġunju 2015 “li temenda l-liġi tal-31 ta’ Jannar 2003 dwar it-twaqqif gradwali tal-enerġija nukleari għal finijiet ta’ produzzjoni industrijali ta’ elettriku sabiex tiġi ggarantita s-sigurtà ta’ provvista fuq il-livell enerġetiku”, b’teħid inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, tad-diversi studji mwettqa u seduti ta’ smigħ miżmuma fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ din il-liġi u li jista’ jilħaq l-għanijiet tad-direttiva msemmija iktar ’il fuq?

8.    a) L-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa 2 , flimkien mal-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi 3 , moqrija, fejn xieraq, fid-dawl tad-Direttiva 2011/92/UE u tal-Konvenzjonijiet ta’ Espoo u ta’ Århus, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma japplikaw għall-posponiment tad-data ta’ diżattivazzjoni u ta’ tmiem tal-produzzjoni industrijali ta’ elettriku ta’ impjant ta’ enerġija nukleari, bl-implikazzjoni, bħalma huwa l-każ hawnhekk, ta’ investimenti importanti u ta’ upgrades tas-sigurtà għall-impjanti ta’ enerġija nukleari ta’ Doel 1 u Doel 2?

    b) Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda magħmula fil-punt a), l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika qabel l-adozzjoni ta’ att leġiżlattiv bħal-liġi tat-28 ta’ Ġunju 2015 “li temenda l-liġi tal-31 ta’ Jannar 2003 dwar it-twaqqif gradwali tal-enerġija nukleari għal finijiet ta’ produzzjoni industrijali ta’ elettriku sabiex tiġi ggarantita s-sigurtà ta’ provvista fuq il-livell enerġetiku”, li l-Artikolu 2 tagħha jipposponi d-data tad-diżattivazzjoni u tat-tmiem tal-produzzjoni industrijali ta’ elettriku tal-impjanti ta’ enerġija nukleari ta’ Doel 1 u Doel 2?

    c) Ir-risposta għad-domandi magħmula fil-punti a) u b) hija differenti skont jekk hija tikkonċernax l-impjant ta’ Doel 1 jew dak ta’ Doel 2, b’teħid inkunsiderazzjoni tan-neċessità, għall-ewwel impjant, li jiġu adottati atti amministrattivi għall-eżekuzzjoni tal-liġi ċċitata iktar ’il fuq tat-28 ta’ Ġunju 2015?

    d) Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda magħmula fil-punt a), l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 92/43/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti li jitqiesu bħala raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali maġġuri raġunijiet marbuta mas-sigurtà ta’ provvista tal-elettriku tal-pajjiż, b’teħid inkunsiderazzjoni, fost l-oħrajn, tad-diversi studji mwettqa u seduti ta’ smigħ miżmuma fil-kuntest tal-adozzjoni tal-liġi ċċitata iktar ’il fuq tat-28 ta’ Ġunju 2-15 u li jista’ jilħaq l-għanijiet tad-direttiva msemmija iktar ’il fuq?

9.    Jekk, abbażi tar-risposti mogħtija għad-domandi preliminari preċedenti, il-qorti nazzjonali tasal għall-konklużjoni li l-liġi kkontestata tikser wieħed mill-obbligi li jirriżultaw mill-konvenzjonijiet jew mid-direttivi msemmija iktar ’il fuq, mingħajr ma s-sigurtà ta’ provvista tal-elettriku tal-pajjiż tkun tista’ tikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tippermetti li ssir deroga minn dawn l-obbligi, tista’ l-imsemmija qorti żżomm l-effetti tal-liġi tat-28 ta’ Ġunju 2015 sabiex tiġi evitata inċertezza legali u sabiex ikunu jistgħu jiġu ssodisfatti l-obbligi ta’ evalwazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent u ta’ parteċipazzjoni tal-pubbliku li jirriżultaw mill-konvenzjonijiet jew mid-direttivi msemmija iktar ’il fuq?

____________

1 ĠU L 26, p. 1.

2 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102.

3 ĠU L 20, p. 7.