Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2019 – Società agricola Giusti Dal Col vs EUIPO DMC (GIUSTI WINE)

(Kawża T-678/18) 1

(“ Trade mark tal-Unjoni Ewropea –Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għall-protezzjoni tat-trade mark internazzjonali verbali GIUSTI WINE – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti DeGIUSTI – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) ”)

Lingwa tal-kawża:it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Società agricola Giusti Dal Col Srl (Nervesa della Battaglia, l-Italja) (rappreżentanti: M. Pizzigati u A. Mayr, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: DMC Srl (San Vendemiano, l-Italja) (rappreżentanti: B. Osti et C. Spagnolo, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Settembru 2018 (Każ R 1154/2017-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn DMC u Società agricola Giusti Dal Col.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Società Agricola Giusti Dal Col Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 25, 21.1.2019.