Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta' Marzu 2013 - Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-148/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: S. Centeno Huerta)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-avviż ta' kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/125/12 - Assistenti (AST 3), u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Spanja tikkontesta, skont l-Artikolu 263 TFUE, l-avviż ta' kompetizzjoni msemmi hawn fuq minħabba ksur tal-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu 342 TFUE, tal-Artikoli 1 u 6 tar-Regolament Nru 1 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 3), tal-Artikoli 1d u 27 tar-Regolamenti tal-Persunal u minħabba ksur tal-ġurisprudenza stabbilita fis-sentenza mogħtija fil-Kawża C-566/10 P L-Italja vs Il-Kummissjoni.

Insostenn tar-rikors tiegħu, l-Istat rikorrent jallega li l-avviż ta' kompetizzjoni ikkontestat

jittratta b'mod diskriminatorju lill-kandidati li l-ewwel lingwa tagħhom ma hijiex l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż.

ma jiġġustifikax oġġettivament u b'mod konkret il-limitazzjoni tan-numru ta' lingwi fid-dawl tal-pożizzjonijiet ta' xogħol relatati. F'dan ir-rigward ma huwiex biżżejjed riferiment ġenerali għall-interessi tas-servizz.

ma jiggarantixxix li jintlaħaq l-għan li jintgħażlu l-kandidati li għandhom l-ogħla kwalitajiet ta' kompetenza, ta' effiċjenza u ta' integrità.

jikser il-prinċipju ta' proporzjonalità, billi ma jiggarantixxix bilanċ bejn l-effiċjenza tas-servizz u l-osservanza tal-prinċipju ta' multilingwiżmu tal-Unjoni.

____________