Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2024 – IU Internationale Hochschule vs EUIPO (IU International University of Applied Sciences)

(Kawża T-188/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea – Trade mark verbali IU International University of Applied Sciences – Raġuni assoluta ta’ rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: IU Internationale Hochschule GmbH (Erfurt, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Heise, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-14 ta’ Frar 2023 (Każ R 1951/2022-1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

IU Internationale Hochschule GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1     ĠU C 189, 30.5.2023.