Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Jannar 2014 – Inditex u Naviera Nebulosa de Omega vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-10/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Industria de Diseño Textil, SA (Inditex) (Arteixo, Spanja) u Naviera Nebulosa de Omega, AIE (Las Palmas de Gran Canaria, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero, A. Lamadrid de Pablo u A. Biondi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikkwalifika l-ġabra ta’ miżuri li fil-fehma tagħha jikkostitwixxu l-hekk imsejħa sistema Spanjola ta’ leasing finanzjarju bħala għajnuna mill-Istat ġdida u inkompatibbli mas-suq intern;

sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata, li jidentifikaw l-investituri tal-AIES bħala benefiċjarji tal-allegata għajnuna u bħala l-uniċi benefiċjarji tal-ordni ta’ rkupru;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn jordna l-irkupru tal-għajnuna allegata;

tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn jagħti deċiżjoni dwar il-legalità tal-kuntratti privati bejn l-investituri u entitajiet oħra, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u argumenti prinċipali huma dawk diġà invokati fil-Kawża T-700/13, Bankia vs Il-Kummissjoni