Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2014 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-13/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: M.Z. Fehér u K. Szíjjártó, bħala aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C (2013) 7136 finali, tal-31 ta’ Ottubru 2013, dwar ir-rimbors parzjali tal-għajnuna finanzjarja nazzjonali mħallsa lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi għall-programmi operazzjonali implementati fl-Ungerija fl-2011;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-fatt li l-Kummissjoni marret lil hinn mill-kompetenzi tagħha u kisret id-dispożizzjonijiet applikabbli tad-dritt tal-Unjoni metastabbilixxiet l-ammont dovut mill-Ungerija bħala rimbors parzjali tal-għajnuna finanzjarja nazzjonali mħallsa lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi ta’ frott u ħaxix għall-programmi operazzjonali implementati fl-Ungerija fl-2011.

Skont ir-rikorrenti, id-dritt tal-Unjoni ma joffrix il-possibbiltà lill-Kummissjoni, fil-kuntest tad-deċiżjoni dwar ir-rimbors Komunitarju parzjali tal-għajnuna finanzjarja nazzjonali mħallsa, skont l-Artikolu 103e tar-Regolament tal-Kunsill Nru°1234/2007 1 , lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi ta’ frott u ta’ ħaxix, li tawtorizza r-rimbors biss sal-ammonti li fil-mument tat-talba għal awtorizzazzjoni ta’ għoti ta’ għajnuna nazzjonali, l-Ungerija pprovdiet bħala l-ammonti “stmatiˮ jew “previstiˮ.

Ir-rikorrenti tqis li skont l-Artikolu 103e tar-Regolament Nru 1234/2007, l-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni għal dak li jikkonċerna l-għajnuna nazzjonali tirrigwarda biss l-għoti ta’ din l-għajnuna u li l-Kummissjoni ma tistax tiffissa l-limitu massimu tal-għajnuna li tista’ tingħata. Għar-rikorrenti, dan il-limitu massimu huwa ffissat, b’mod ċar, mir-Regolament Nru 1234/2007 peress li jipprevedi li l-għajnuna nazzjonali ma tistax teċċedi 80 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa mill-membri jew mill-organizzazzjoni ta’ produttri għall-fond operazzjonali.Ir-regoli dwar ir-rimbors Komunitarju parzjali tal-għajnuna nazzjonali ma jippermettux lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-awtorizzazzjoni tar-rimbors parzjali, li tiffissa bħala limitu massimu tar-rimbors l-ammont li l-Istat Membru, fil-kuntest tat-talba għal awtorizzazzjoni, ikun ikkomunika lill-Kummissjoni, kemm bħala ammont totali tal-għajnuna jew bħala ammont ta’ għajnuna li għandha titħallas lil kull organizazzjoni ta’ produtturi. Dan huwa partikolarment il-każ peress li meta pprovda dawn l-ammonti, il-Gvern Ungeriż ippreċiża li dawn kienu biss ammonti previsti jew stmati.Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni għandha d-dritt tivverifika jekk l-ammont tal-għajnuna effettivament imħallsa jeċċediex il-limitu massimu ċċitat iktar ’il fuq ta’ 80 % jew jekk ir-rimbors mitlub jeċċedix 60 % tal-għajnuna mħallsa

, iżda hija ma għandhiex id-dritt timponi l-ammonti li jinsabu fit-talba, b’mod partikolari jekk in-natura tal-ammonti antiċipati jew stmati tad-data ġiet enfasizzata fit-talba. Jekk, għal raġunijiet speċifiċi, matul is-sena jinbidel l-ammont tal-għajnuna nazzjonali mogħtija lil kull organizzazzjoni ta’ produtturi, ir-rimbors Komunitarju parzjali għandu jsir skont l-ammont tal-għajnuna effettivament imħallas, sakemm il-kundizzjonijiet applikabbli tad-dritt tal-Unjoni jkunu ssodisfatti.

____________

____________

1     Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, tat-22 ta’ Ottubru 2007, li jistabbilixxi organ