Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Jannar 2014 – Grundig Multimedia vs UASI (Pianissimo)

(Kawża T-11/14)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Grundig Multimedia AG (Stansstad, l-Isvizzera) (rappreżentant: S. Walter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-5 ta’ Novembru 2013, fil-Każ R 441/2013-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Pianissimo” għal prodotti fil-klassi 7 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 102 266

Deċiżjoni tal-eżaminatur: trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.