Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2016 – Simet vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-15/14) 1

(“Għajnuna mill-Istat - Kumpens retroattiv għal servizz pubbliku mogħti mill-awtoritajiet Taljani - Servizzi ta’ trasport interreġjonali bix-xarabank ipprovduti bejn l-1987 u l-2003 - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Żamma ta’ obbligu ta’ servizz pubbliku - Għoti ta’ kumpens - Regolament (KEE) Nru 1191/69”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Simet SpA (Rossano Calabro, l-Italja) (rappreżentanti: A. Clarizia, C. Varrone u P. Clarizia, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Conte, D. Grespan u P.-J. Loewenthal, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/201/UE, tat-2 ta’ Ottubru 2013, Għajnuna mill-Istat SA.33037 (2012/C) – l-Italja Kumpens ta’ Simet SpA għall-operat ta’ servizzi tat-trasport pubbliku mill-1987 sal-2003 (ĠU 2014, L 114, p. 67).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Simet SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 52, 22.2.2014.