Language of document : ECLI:EU:T:2013:529





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2013 — Electric Bike World vs UASI – Brunswick (LIFECYCLE)

(Kawża T‑379/12)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali LIFECYCLE — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti LIFECYCLE — Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment mill-Bord tal-Appell — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 21, 22)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati — Natura komplementari tal-prodotti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 23)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks verbali LIFECYCLE (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 24, 25, 57-59)

4.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet — L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 — Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punt 30)

5.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Eżami separat tar-raġunijiet ta’ rifjut fir-rigward ta’ kull wieħed mill-prodotti jew servizzi msemmija fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni tar-rifjut ta’ reġistrazzjoni — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)) (ara l-punt 31)

6.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Eżami ex officio tal-fatti — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Eżami limitat għall-motivi invokati — Teħid inkunsiderazzjoni tal-fatti magħrufa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(1)) (ara l-punt 50)

Suġġett

Appell mid-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Mejju 2012 (Każ R 2308/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Brunswick Corp. u Electric Bike World Ltd.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Electric Bike World Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.