Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2024 – Lidl vs EUIPO – Liquidleds Lighting (LED light bulbs)

(Kawża T-66/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Lidl Vertriebs GmbH & Co. KG (Anzig, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Dolde, C. Zimmer u M. Hawkins, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Liquidleds Lighting Corp. (Tajpei, it-Tajwan)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Ewropea LED light bulbs – disinn tal-Unjoni Ewropea Nru 3 619 881-0003

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Novembru 2023 fil-Każ R 2336/2022-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u/jew lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell (jekk din tintervjeni fil-proċeduri) għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 6(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002.

____________