Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Ottubru 2009 - Nolin vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-82/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Michel Nolin (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J-N. Louis, E. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tad-19 ta' Diċembru 2008 fir-rigward tal-abolizzjoni tal-punti ta' promozzjoni u ta' prijorità tar-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tad-DĠ Admin tad-19 ta' Diċembru 2008;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej sabiex tħallas lir-rikorrent is-somma ta' EUR 3 000 bħala danni, sabiex tikkumpensa għad-dannu morali subit minħabba l-aġir dannuż u vessatorju tagħha u l-vjolazzjoni ta' prinċipju ta' aspettattivi leġittimi li wassal għall-ksur tad-dritt tiegħu għal rikors effettiv;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

____________