Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta' Lulju 2007 - Stefan Meierhofer vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża F-74/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Stefan Meierhofer (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: H.-G. Schiessl, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta ta' l-10 ta' Mejju 2007 fir-rigward tar-rikorrent,

tannulla d-deċiżjoni fuq il-kontestazzjoni tal-konvenuta tad-19 ta' Ġunju 2007,

tordna lill-konvenuta twettaq evalwazzjoni ġdida ta' l-eżami orali sostnut mir-rikorrent fid-29 ta' Marzu 2007, u tieħu in kunsiderazzjoni l-kriterji ta' eżami fis-seħħ,

tordna lill-konvenuta tagħti deċiżjoni ġdida dwar l-iskrizzjoni tar-rikorrent fil-lista ta' riżerva tal-proċedura Komunitarja ta' selezzjoni tal-persunal AD/26/05, filwaqt li tieħu in kunsiderazzjoni r-riżultat il-ġdid ta' l-eżami,

tordna lill-konvenuta tagħti motivazzjoni tad-deċiżjonijiet il-ġodda li għandhom jittieħdu, u

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent ħa sehem fil-proċedura Komunitarja ta' selezzjoni tal-persunal AD/26/05 (Uffiċjal AD5). Wara l-eżamijiet, il-bord tal-konkors informa lir-rikorrent li ma setax jitniżżel fil-lista ta' riżerva minħabba li ma kisibx punti biżżejjed.

Ir-rikors huwa indirizzat kontra n-nuqqas ta' motivazzjoni għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tniżżilx lir-rikorrent fil-lista ta' riżerva, kif ukoll kontra xi vizzji ta' proċedura li seħħew matul l-eżami orali.

____________