Language of document : ECLI:EU:T:2010:502





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2010 – ArcelorMittal Wire Franza et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-385/10 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kompetizzjoni – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa – Garanzija bankarja – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Dannu finanzjarju – Nuqqas ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva - Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika - Setgħa diskrezzjonali tal-imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 12-14)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-obbligu li tiġi kkostitwita garanzija bankarja bħala kundizzjoni għan-nuqqas tal-irkupru immedjat ta’ multa imposta minħabba ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Ċirkustanzi eċċezzjonali - Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti - Evalwazzjoni fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-grupp li tappartjeni għalih il-kumpannija - Rifjut unilaterali ta’ assistenza min-naħa tal-grupp - Rilevanza (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 35-37, 39, 40, 49, 50, 52-56)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar użat għall-prestressing), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.