Language of document :

Appell ippreżentat fl-4 ta’ April 2023 minn NS mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fil-25 ta’ Jannar 2023 fil-Kawża T-805/21, NS vs Il-Parlament

(Kawża C-218/23 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: NS (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara dan l-appell ammissibbli u fondat;

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2023 fil-Kawża T-805/21;

konsegwentement, tilqa’ t-talbiet imressqa mill-appellanti fl-ewwel istanza u b’hekk:

tannulla d-deċiżjoni tal-21 ta’ Jannar 2021 li tassenja mill-ġdid lill-appellanti fil-pożizzjoni ta’ konsulent fid-Direttorat Ġenerali tal-Presidenza u, sa fejn ikun meħtieġ, id-deċiżjoni tat-8 ta’ Marzu 2021 li jiġu rkuprati l-ammonti mħallsa indebitament;

sa fejn ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tas-16 ta’ Settembru 2021 li tiċħad l-ilment tal-appellanti tas-7 ta’ April 2021;

tordna li jingħata kumpens għad-dannu materjali u morali mġarrab mill-appellanti;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka l-aggravji segwenti:

Is-sentenza appellata tmur kontra l-kunċett ta’ dritt għal smigħ xieraq, tagħmel klassifikazzjonijiet legali żbaljati u tiżnatura l-proċess. Il-qorti tal-ewwel istanza naqset milli tissodisfa l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha.

Is-sentenza appellata ma tissodisfax l-obbligu ta’ motivazzjoni.

Is-sentenza appellata ma tissodisfax id-dmir ta’ premura.

____________