Language of document : ECLI:EU:T:2012:177





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 —
You–Q vs UASI — Apple Corps (BEATLE)

(Kawża T‑369/10)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BEATLE — Trade marks nazzjonali u Komunitarji verbali u figurattivi preċedenti BEATLES u THE BEATLES — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Reputazzjoni — Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti”

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni — Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux — Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5)) (ara l-punti 34, 35, 45, 60, 74)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-31 ta’ Mejju 2010 (Każ R 1276/2009‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Apple Corps Ltd u Movingpeople.net International BV.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

You‑Q BV hija kkundannata għall-ispejjeż.