Language of document : ECLI:EU:T:2013:97





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ Frar 2013 — Bloufin Touna Ellas Naftiki Etaireia et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑367/10)

“Sajd — Konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd — Rikostituzzjoni tal-ħażniet ta’ tonn aħmar — Miżuri li jipprojbixxu l-attivitajiet tas-sajd permezz tal-bastimenti li jistadu bil-“purse seines” li jtajru l-bandiera ta’ Franza jew tal-Greċja — Rikors għal annullament — Att regolatorju li ma jinkludix miżuri ta’ implementazzjoni — Interess dirett — Ammissibbiltà — Rata ta’ kwota għal kull Stat u kull bastiment — Kapaċità vera ta’ qbid”

1.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Kunċett ta’ att leġiżlattiv fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — L-atti kollha ta’ portata ġenerali bl-eċċezzjoni ta’ atti leġiżlattivi — Leġiżlazzjoni tal-Kummissjoni li tipprojbixxi l-attivitajiet tas-sajd għat-tonn aħmar għall-bastimenti li jistadu bil-purse seines li jtajru l-bandiera ta’ Franza jew tal-Greċja — Inklużjoni — Att li ma jinkludix miżuri ta’ implementazzjoni fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni tat-Trattat (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1224/2009, Artikolu 36(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 498/2010) (ara l-punti 17-22)

2.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Interess ġuridiku — Rikors kontra regolament tal-Kummissjoni li jipprojbixxi l-attivitajiet tas-sajd għat-tonn aħmar għall-bastimenti li jistadu bil-purse seines li jtajru l-bandiera ta’ Franza jew tal-Greċja — Kwota allokata lill-imsemmija bastimenti li ma tintlaħaqx fil-jum tal-għeluq tal-attivitajiet tas-sajd għat-tonn aħmar — Tnaqqis sostanzjali tal-kwota allokata inizjalment minħabba dan l-għeluq — Żamma tal-interess ġuridiku — Ammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 498/2010) (ara l-punti 24-29)

3.                     Sajd — Konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar — Miżuri li jipprojbixxu l-attivitajiet tas-sajd għat-tonn aħmar għall-bastimenti li jistadu bil-purse seines li jtajru l-bandiera ta’ Franza jew tal-Greċja — Diskriminazzjoni li tirriżulta mill-waqfien antiċipat tal-attivitajiet tas-sajd fl-istess jum għall-bastimenti Griegi, Spanjoli u Franċiżi u mill-adozzjoni ta’ miżuri ta’ projbizzjoni f’jiem differenti — Trattament ibbażat fuq il-kapaċità vera tal-bastimenti ta’ qbid tat-tonn aħmar u fuq metodu ta’ kalkolu bbażat fuq kriterji oġġettivi — L-istess data ta’ projbizzjoni għall-attivitajiet tas-sajd għat-tonn aħmar minkejja l-adozzjoni tal-miżuri f’dati differenti — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Assenza ta’ ksur (Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 498/2010 u Nru 508/2010) (ara l-punti 32, 33, 38-45, 47, 49, 51, 53, 54, 57-60)

4.                     Sajd — Konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar — Miżuri li jipprojbixxu l-attivitajiet tas-sajd għat-tonn aħmar għall-bastimenti li jistadu bil-purse seines li jtajru l-bandiera ta’ Franza jew tal-Greċja — Prinċipju ta’ proporzjonalità — Setgħa diskrezzjonali tal-leġiżlatur tal-Unjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (Regolament tal-Kunsill Nru 1224/2009; Regolament tal-Kummissjoni Nru 498/2010) (ara l-punti 63-66)

5.                     Rikors għal annullament — Att ikkontestat — Evalwazzjoni tal-legalità — Kriterji (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 70)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 498/2010, tad-9 ta’ Ġunju 2010, li jipprojbixxi l-attivitajiet tas-sajd għall-bastimenti li jistadu bil-“purse seines” li jtajru l-bandiera ta’ Franza jew tal-Greċja jew li jkunu rreġistrati fi Franza jew fil-Greċja, u li jkunu qed jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45°W, u fil-Mediterran (ĠU L 142, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bloufin Touna Ellas Naftiki Etaireia, Chrisderic u André Sébastien Fortassier huma kkundannati għall-ispejjeż.