Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Noord-Holland, zittingsplaats Haarlem (il-Pajjiżi Baxxi) fil-21 ta’ Diċembru 2021 – Nokia Solutions and Networks Oy vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane, kantoor Eindhoven

(Kawża C-809/21)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Noord-Holland, zittingsplaats Haarlem

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Nokia Solutions and Networks Oy

Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane, kantoor Eindhoven

Domanda preliminari

Hemm ksur tad-dritt tal-Unjoni – inkwantu kundizzjoni, fid-dritt tal-Unjoni, għad-dritt għall-pagament ta’ interessi żviluppat mill-Qorti tal-Ġustizzja – ukoll meta awtorità pubblika ta’ Stat Membru, fi tmiem kontroll wara importazzjoni fir-rigward ta’ dikjarazzjoni doganali ppreżentata wara l-1 ta’ Mejju 2016, timponi dazju bi ksur ta’ dispożizzjonijiet validi tad-dritt tal-Unjoni u meta dan il-ksur tad-dritt tal-Unjoni jiġi kkonstatat minn qorti nazzjonali?

____________