Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Mejju 2011 - Danzeisen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-242/10) 1

("Rikors għal annullament - Regolament Nru 271/2010 - Rikors li ma għadx għandu skop - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Werner Danzeisen (Eichstetten, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Schmidt, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. von Rintelen, F.W. Bulst, M. Vollkommer, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 271/2010, tal-24 ta' Marzu 2010, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007, f'dak li għandu x'jaqsam mal-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 84, p. 19)

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 221, 14.08.2010.