Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Mejju 2019 – Steinhoff et vs BĊE

(Kawża T-107/17) 1

Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Politika ekonomika u monetarja – BĊE – Banek Ċentrali nazzjonali – Ristrutturazzjoni tad-dejn pubbliku Grieg – Involviment tas-settur privat – Klawżoli ta’ azzjoni kollettiva – Skambju obbligatorju ta’ titoli ta’ dejn Grieg – Kredituri privati – Opinjoni tal-BĊE – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Prinċipju pacta sunt servanda – Artikolu 17(1) u (2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Artikolu 63(1) TFUE – Artikolu 124 TFUE”

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Frank Steinhoff (Hamburg, il-Ġermanja), Ewald Filbry, (Dortmund, il-Ġermanja), Vereinigte Raiffeisenbanken Gräfenberg-Forchheim-Eschenau-Heroldsberg eG (Gräfenberg, il-Ġermanja), Werner Bäcker (Rodgau, il-Ġermanja), EMB Consulting SE (Mühltal, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Hoepner u D. Unrau, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: O. Heinz u G. Várhelyi, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 288 TFUE u intiża li tikseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sostna peress li l-BĊE kien naqas, fl-opinjoni tiegħu tas-17 ta’ Frar 2012 (CON/2012/12), li jiġbed l-attenzjoni għall-illegalità tar-ristrutturazzjoni proposta tad-dejn pubbliku Grieg permezz ta’ skambju obbligatorju ta’ titoli ta’ dejn obbligatorji.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Frank Steinhoff u Ewald Filbry, Vereinigte Raiffeisenbanken Gräfenberg-Forchheim-Eschenau-Heroldsberg eG, Werner Bäcker u EMB Consulting SE huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 129, 24.4.2017.