Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesarbeitsgericht Berlin-Brandenburg – il-Ġermanja) – Miriam Bichat (C-61/17), Daniela Chlubna (C-62/17), Isabelle Walkner (C-72/17) vs Aviation Passage Service Berlin GmbH & Co. KG

(Kawża C-61/17, C-62/17 u C-72/17) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Tkeċċijiet kollettivi – Direttiva 98/59/KE – L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(4) – Kunċett ta’ “impriża li tikkontrolla lill-persuna li timpjega” – Proċeduri ta’ konsultazzjoni mal-ħaddiema – Oneru tal-prova)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesarbeitsgericht Berlin-Brandenburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Miriam Bichat (C-61/17), Daniela Chlubna (C-62/17), Isabelle Walkner (C-72/17)

Konvenuta: Aviation Passage Service Berlin GmbH & Co. KG

Dispożittiv

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar redundancies kollettivi, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “impriża li tikkontrolla lill-persuna li timpjega” ikopri kull impriża marbuta ma’ din il-persuna li timpjega permezz ta’ sehem fil-kapital azzjonarju ta’ din tal-aħħar jew permezz ta’ rabtiet ġuridiċi oħra li jippermettulha teżerċita influwenza determinanti fil-korpi deċiżjonali tal-persuna li timpjega u tobbliga lil din tal-aħħar tipprevedi jew twettaq tkeċċijiet kollettivi.

____________

1     ĠU C 144, 8.5.2017.