Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Ġunju 2012 - Stichting Regionaal Opleidingencentrum van Amsterdam vs UASI - Investimust (COLLEGE)

(Kawża T-165/11) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja verbali COLLEGE - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Stichting Regionaal Opleidingencentrum van Amsterdam (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: R. van Leeuwen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI : Investimust SA (Genève, l-Isvizzera)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta' Jannar 2011 (Każ R 508/2010-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Stichting Regionaal Opleidingencentrum van Amsterdam u Investimust SA.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Stichting Regionaal Opleidingencentrum van Amsterdam huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 152, 21.05.2011.