Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta' Marzu 2011 - Stichting Regionaal Opleidingencentrum van Amsterdam vs UASI (COLLEGE)

(Kawża T-165/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Stichting Regionaal Opleidingencentrum van Amsterdam (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: R.M.R. van Leeuwen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Investimust, S.A. (Genève, l-Isvizzera)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-12 ta' Jannar 2011, fil-Każ R 508/2010-4; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Trade mark verbali "COLLEGE", għal servizzi fil-klassijiet 39 u 43 - Reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 2645489

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: il-parti li qiegħda titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità bbażat it-talba tagħha fuq raġunijiet assoluti ta' invalidità skont l-Artikolu 52(1) flimkien mal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(c) u l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta ma kkunsidrax l-provi prodotti fl-appell.

____________