Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Novembru 2011 - Pêra-Grave vs UASI - Fundação De Almeida (QTA S. JOSÉ DE PERAMANCA)

(Kawża T-602/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pêra-Grave Sociedade Agrícola, Unipessoal, Lda (Évora, il-Portugall) (rappreżentanti: J. de Oliveira Vaz Miranda Sousa, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fundação Eugénio De Almeida (Évora, il-Portugall)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta' Settembru 2011, fil-Każ R 1797/2010-2 bil-konsegwenza li l-oppożizzjoni magħmula kontra t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni tiġi miċħuda fl-intier tagħha u għaldaqstant ir-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret applikazzjoni tintlaqa' fl-intier tagħha; u

tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tiegħu u l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fir-rigward ta' dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "QTA S. JOSÉ DE PERAMANCA", għal prodotti fil-klassi 33 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7291669

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva Portugiża "VINHO PÊRAMANCA TINTO", irreġistrata bin-Nru 283684, għal prodotti fil-klassi 33; it-trade mark figurattiva Portugiża "VINHO PÊRAMANCA BRANCO", irreġistrata bin-Nru 308864, għal prodotti fil-klassi 33; l-applikazzjoni għal trade mark Portugiża Nru 405797 tat-trade mark figurattiva "PÊRAMANCA", għal prodotti fil-klassi 33

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: oppożizzjoni u appell milqugħa, deċiżjoni kkontestata annullata u applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda għall-prodotti kkontestati kollha

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell: (i) wettaq żball ta' liġi meta naqqas il-piż globali tal-ammont numeruż ta' nuqqas ta' xebh viżiv, awditiv u kunċettwali bejn is-sinjali, u żied, u għaldaqstant ta importanza żejda lill-impatt globali tal-uniku element komuni li hemm bejniethom, jiġifieri l-elementi verbali "PERA" u "MANCA"; u (ii) applika b'mod żbaljat il-prinċipju u l-approċċ stabbilit mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-332/05 "TERRANUS/TERRA" għall-kawża sub judice u qies b'mod żbaljat li l-livell ta' xebh globali bejn is-sinjali kunfliġġenti kien biżżejjed sabiex iwassal għal probabbiltà ta' konfużjoni.

____________