Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Frar 2012 - Dansk Automat Brancheforening vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-601/11 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Liġi Daniża li tistabbilixxi taxxi iktar baxxi għall-fornituri ta' logħob tal-ażżard online -Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi")

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Rikorrenti: Dansk Automat Brancheforening (Fredericia, id-Danimarka) (rappreżentanti: K. Dyekjær, T. Høg u J. Flodgaard, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Afonso u C. Barslev, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 6499 finali, tal-20 ta' Settembru 2011, dwar il-miżura C 35/2010 (ex nru 302/10) li r-Renju tad-Danimarka kellu l-intenzjoni jimplementa fil-forma ta' taxxa fuq il-logħob tal-ażżard online, skont il-liġi Daniża dwar it-taxxi fuq il-logħob tal-ażżard.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________