Language of document : ECLI:EU:T:2012:66





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Frar 2012 — Dansk Automat Brancheforening vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-601/11 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Liġi Daniża li tistabbilixxi taxxi iktar baxxi għall-fornituri ta’ logħob tal-ażżard online — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza — Ibbilanċjar tal-interessi”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Natura kumulattiva — Ibbilanċjar tal-interessi inkwistjoni — Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika — Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 16-18)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Dannu li jista’ jaffettwa settur ekonomiku ġenerali — Rikors ippreżentat minn individwi u mhux minn entità tad-dritt pubbliku — Obbligu tal-prova ta’ dannu individwali (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 25-27)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Dannu gravi u irreparabbli — Oneru tal-prova — Dannu finanzjarju (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 28, 29, 36, 37, 43, 44)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni — Kunċett (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 47)

5.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Dannu gravi u irreparabbli — Dannu finanzjarju — Dannu li jista’ jiġi kkumpensat sussegwentement permezz ta’ indennizz jew permezz ta’ rikors għad-danni — Dannu li ma jistax jitqies li huwa irreparabbli (Artikoli 268 TFUE, 278 TFUE u 340 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 48)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 6499 finali, tal-20 ta’ Settembru 2011, dwar il-miżura C 35/2010 (ex Nru 302/2010) li r-Renju tad-Danimarka kellu l-intenzjoni jimplementa fil-forma ta’ taxxi fuq il-logħob tal-ażżard online, skont il-liġi Daniża dwar it-taxxi fuq il-logħob tal-ażżard.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.