Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2014 – Schuhhaus Dielmann vs UASI – Carrera (Carrera panamericana)

(Kawża T-600/11)1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali Carrera panamericana li tindika lill-Komunità Ewropea – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti CARRERA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Schuhhaus Dielmann GmbH & Co. KG (Darmstadt, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Göpfert, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Carrera SpA (Caldiero, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Settembru 2011 (Każ R 1989/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Carrera SpA u Schuhhaus Dielmann GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Schuhhaus Dielmann GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 32, 4.02.2012.