Language of document : ECLI:EU:T:2014:97





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-27 ta’ Frar 2014 — Pêra‑Grave vs UASI – Fundação Eugénio de Almeida (QTA S. JOSÉ DE PERAMANCA)

(Kawża T‑602/11)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva QTA S. JOSÉ DE PERAMANCA — Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti VINHO PERA-MANCA TINTO, VINHO PERA-MANCA BRANCO u PÊRA-MANCA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 16-18, 53)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark figurattiva QTA S. JOSÉ DE PERAMANCA u trade marks figurattivi VINHO PERA-MANCA TINTO, VINHO PERA-MANCA BRANCO u PÊRA-MANCA (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 20, 21, 45, 61)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 23-25)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kunsiderazzjoni tal-elementi ta’ xebh jew ta’ diverġenza tas-sinjali — Teħid inkunsiderazzjoni tal-karatteristiċi intrinsiċi tas-sinjali jew tal-kundizzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti jew servizzi (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 35, 57)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad‑19 ta’ Settembru 2011 (Każ R 1797/2010‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Fundação Eugénio de Almeida u Pêra-Grave – Sociedade Agrícola, Unipessoal Lda.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Pêra‑Grave – Sociedade Agrícola, Unipessoal Lda hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli tal-Fundação Eugénio de Almeida għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).