Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2013 – Hostel drap vs UASI - Aznar Textil (MY drap)

(Kawża T-636/11) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva MY drap – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti BON DRAP – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Hostel drap, SL (Monistrol de Montserrat, Spanja) (rappreżentant: C. Prat, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Aznar Textil, SL (Paterna, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Settembru 2011 (Każ R 2127/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Aznar Textil, SL u Hostel drap, SL.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Hostel drap, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 65, 03.03.2012.