Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2016 – Regency Entertainment Psychagogiki kai Touristiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-635/11)1

(“Għajnuna mill-Istat – Annullament tal-att ikkontestat – Telf tal-iskop tal-kawża – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Regency Entertainment Psychagogiki kai Touristiki AE (Maroussi Attikis, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Niejahr, avukat, F. Carlin, barrister, Q. Azau, F. Spyropoulos, I. Dryllerakis, K. Spyropoulos, A. Komninos, K. Struckmann, avukati, u M. Powell, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P.-J. Loewenthal, D. Triantafyllou u H. van Vliet, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-parti rikorrenti: Koinopraxia Touristiki Loutrakiou AE OTA – Loutraki AE – Klab Otel Loutraki Kazino Touristikes kai Xenodocheiakes Epicheiriseis AE (Loutraki, il-Greċja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni 2011/716/UE tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ Mejju 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat C 16/10 (ex NN 22/10, ex CP 318/09) implementata mill-Greċja favur ċerti każinòs Griegi (ĠU L 285, p. 25).

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati kemm l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ Regency Entertainment Psychagogiki kai Touristiki AE.

Koinopraxia Touristiki Loutrakiou AE OTA – Loutraki AE – Klab Otel Loutraki Kazino Touristikes kai Xenodocheiakes Epicheiriseis għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1  ĠU C 32, 4.2.2012.