Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Diċembru 2012 - pelicantravel.com vs UASI - Pelikan (pelikan)

(Kawża T-136/11) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva pelikan - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta' mala fede mill-applikant - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: pelicantravel.com s.r.o. (Bratislava, is-Slovakkja) (rappreżentant: M. Chlipala, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Pelikan Vertriebsgesellschaft mbH & Co. KG (Hannover, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Nordemann, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta' Diċembru 2010 (Każ R 1428/2009-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn pelicantravel.com s.r.o. u Pelikan Vertriebsgesellschaft mbH & Co. KG.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Pelicantravel.com s.r.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 139, 07.05.2011.