Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ottubru 2015 – Al-Faqih et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-134/11) 1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban – Iffriżar ta’ fondi – Drittijiet fundamentali – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Al-Bashir Mohammed Al-Faqih (Birmingham, ir-Renju Unit); Ghunia Abdrabbah (Birmingham); Taher Nasuf (Manchester, ir-Renju Unit) u Sanabel Relief Agency Ltd (Birmingham) (rappreżentanti: E. Grieves, barrister u N. Garcia-Lora, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Boelaert, M. Konstantinidis, E. Paasivirta u T. Scharf, sussegwentement M. Konstantinidis, E. Paasivirta u T. Scharf, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuti : Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizzjalment E. Finnegan, R. Szostak u G. Étienne, sussegwentement E. Finnegan u G. Étienne, aġenti) u ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti : inizjalment E. Jenkinson, sussegwentement L. Christie, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1138/2010, tas-7 ta’ Diċembru 2010, li jemenda għall-140 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban (ĠU L 322, p. 4), u tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1139/2010, tas-7 ta’ Diċembru 2010, li jemenda għall-141 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban (ĠU L 322, p. 6), sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrenti.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Al-Bashir Mohammed Al-Faqih, Ghunia Abdrabbah, Taher Nasuf huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 ĠU C 130, 30.4.2011.