Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta' Mejju 2011 - Emram vs UASI - Guccio Gucci (G)

(Kawża T-187/10) 1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva G - Trade marks nazzjonali u Komunitarji figurattivi preċedenti G - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Maurice Emram (Marseille, Franza) (rappreżentanti: M. Benavï, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Guccio Gucci SpA (Firenze, l-Italja) (rappreżentant: F. Jacobacci, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta' Frar 2010 (Każ R 1281/2008-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Guccio Gucci SpA u M. Maurice Emram.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Maurice Emram huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 179, 3.7..2010.