Language of document : ECLI:EU:T:2014:139





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Marzu 2014 – Reagens vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑181/10)

“Aċċess għad-dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti dwar it-talbiet ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ assenza ta’ kapaċità kontributtiva ta’ ċerti impriżi fil-kuntest ta’ proċedura fil-qasam tal-akkordji – Rifjut ta’ aċċess – Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz – Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika – Interess pubbliku superjuri – Obbligu li jitwettaq eżami konkret u individwali – Aċċess parzjali”

1.                     Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Risposta – Rekwiżiti proċedurali – Firma ta’ avukat miktuba – Obbligu li jiġu ffirmati l-kopji konformi mal-oriġinali – Assenza (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 43(1)) (ara l-punti 43-45)

2.                     Rikors għal annullament – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Talbiet intiżi li tinkiseb ordni indirizzata lil istituzzjoni – Inammissibbiltà (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 49)

3.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Obbligu għall-istituzzjoni li twettaq eżami konkret u individwali tad-dokumenti – Portata (Regolomant tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4) (ara l-punti 64, 65)

4.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Interpretazzjoni u applikazzjoni stretti – Protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ persuna speċifika – Protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika – Applikazzjoni għad-dokumenti dwar it-talbiet ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ assenza kontributtiva ta’ ċerti impriżi fil-kuntest ta’ proċedura fil-qasam tal-akkordji – Limiti (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, l-ewwel u t-tielet inċiżi tal-Artikolu 4(2); Kommmunikajoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 35) (ara l-punti 85-87, 90-93, 100-106, 116-118, 126-129)

5.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Dokumenti li joriġinaw minn terzi – Obbligu ta’ konsultazzjoni minn qabel tat-terzi kkonċernati – Oppożizzjoni ta’ terz li ma huwiex Stat Membru għall-iżvelar tad-dokumenti – Obbligu tal-istituzzjoni li ma tiżvelahomx mingħajr kunsens minn qabel – Assenza (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikoli 4(4) u 5) (ara l-punti 96-99)

6.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar ta’ dokumenti – Kunċett – Interess suġġettiv tal-parti kkonċernata li tiddefendi ruħha – Esklużjoni (Artikolu 15 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 2(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3))(ara l-punti 142-144)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Gestdem 2009/5145, tat‑23 ta’ Frar 2010, li tirrifjuta lir-rikorrenti l-aċċess għal ċerti dokumenti fil-fajl tal-proċedura COMP/38589 – Stabilizzanti termiċi, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat‑30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Gestdem 2009/5145, tat‑23 ta’ Frar 2010, li tirrifjuta lil Reagens SpA l-aċċess għal ċerti dokumenti fil-fajl tal-proċedura COMP/38589 – Stabilizzanti termiċi, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat‑30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, hija annullata sa fejn hija rrifjutat l-aċċess għall-verżjonijiet mhux kunfidenzjali tat-talbiet tal-impriżi u għall-ewwel kwestjonarju tal-Kummissjoni Ewropea.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Reagens SpA hija kkundannata tbati nofs l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż tal-Kummissjoni.

4)

Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati nofs l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż ta’ Reagens.