Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta' Lulju 2012 - Deutscher Ring vs UASI (Deutscher Ring Sachversicherungs-AG)

(Kawża T-209/10) 

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Deutscher Ring Sachversicherungs-AG - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutscher Ring Sachversicherungs-AG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Busse, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta' Marzu 2010 (Każ R 1290/2009-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Deutscher Ring Sachversicherungs-AG bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-11 ta' Marzu 2010 (Każ R 1290/2009-1) hija annullata.

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 179, 3.7.2010.