Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Jannar 2013 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-92/12)

(Servizz pubbliku – Artikolu 34(1) tar-Regoli tal-Proċedura – Rikors imressaq permezz ta’ faks fit-terminu tar-rikors u ffirmat permezz ta’ timbru li jirriproduċi l-firma ta’ avukat jew permezz ta’ metodu ieħor ta’ riproduzzjoni – Tardività tar-rikors – Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)Konvenuta: Il-Kummissjoni EwropeaSuġġettIt-talba għall-annullament tad-deċiżjoni li timplimenta t-tnaqqis fuq l-allowance tal-invalidità tar-rikorrenti sabiex tirkupra s-somma li huwa kien ikkundannat iħallas bħala spejjeż legali mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Dispożittiv Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.