Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Lulju 2010 - Brinkmann vs Il-Ġermanja

(Kawża T-261/10 R)

"Proċeduri għal miżuri provviżorji - Inkompetenza manifesta"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Norbert Brinkmann (Rheine, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Wiegers, avukat)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Suġġett

Talba intiża sabiex tiġi sospiża l-applikazzjoni tal-Artikoli 47 u 48a tal-Kodiċi Federali Ġermaniż tan-nutara (Bundesnotarordnung) f'dak li jirrigwarda r-rikorrent.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________