Language of document : ECLI:EU:T:2014:832

Kawżi magħquda T‑91/12 u T‑280/12

Flying Holding NV et

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Provvista ta’ servizzi ta’ trasport bl-ajru mhux regolari ta’ passiġġieri u kiri ta’ ajruplani użati bħala taxi – Ċaħda tal-kandidatura – Artikolu 94(b) tar-regolament finanzjarju – Drittijiet tad-difiża – Artikolu 134(5) tal-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni tar-regolament finanzjarju – Rikors għal annullament – Ittra li tirrispondi għal talba tar-rikorrenti – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Deċiżjoni ta’ attribuzzjoni – Nuqqas ta’ interess dirett – Inammissibbiltà – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Settembru 2014

1.      Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Attribuzzjoni ta’ kuntratti – Esklużjoni tal-offerenti – Fakultà tal-awtorità kontraenti li tirreferi għall-awtoritajiet nazzjonali sabiex tivverifka l-eżistenza ta’ każ ta’ esklużjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikoli 93(1)(a),(b),(d) u (e), u 94(b); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, l-Artikolu 134(3) u (5))

2.      Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Attribuzzjoni ta’ kuntratti – Esklużjoni tal-offerenti respon responsabbli għal dikjarazzjonijiet foloz matul il-proċedura – Obbligu li jiġu rrispettati d-drittijiet tad-difiża

(Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 94(b); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002)

3.      Drittijiet tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Ugwaljanza fit-trattament – Kunċett

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 20 u 21)

4.      Rikors għal annullament – Att ikkontestat – Evalwazzjoni tal-legalità fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tal-att

(Artikolu 263 TFUE)

5.      Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Att ta’ natura purament informattiva – Esklużjoni

(Artikolu 263 TFUE)

6.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Eżami ex ufficio mill-qorti tal-Unjoni

(Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

7.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Inċidenza diretta – Kriterji – Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ offerta minn offerent qabel il-fażi tal-attribuzzjoni ta’ kuntratt – Rikors ta’offerent eskluż dirett kontra d-deċiżjoni ta’ attriobuzzjoni – Assenza ta’ interess dirett – Inammissibbiltà

(Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

8.      Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Kundizzjonijiet kumulattivi – Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet – Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

1.      Anki jekk l-Artikolu 134(5), tar-Regolament Nru 2342/2002, li jistabbilixxi l-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni tar-regolament finanzjarju, jagħmel riferiment b’mod ġenerali għal “każijiet ta’ esklużjoni” imsemmija fl-Artikolu 93(1)(a), (b), (d) u (e) tar-Regolament Nru 1605/2002, rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej, jirriżulta mir-riferiment tal-imsemmi paragrafu 5 għall-paragrafu 3 tal-istess artikolu u tal-ispeċifikazzjoni li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu huma stess jirreferu għall-awtoritajiet kompetenti, imsemmija fil-paragrafu 3, li l-paragrafu 5 jikkonċerna l-każ fejn, peress li l-kandidati ma humiex obbligati jipprovdu ċ-ċertifikati previsti fil-paragrafu 3 marbuta mal-imsemmija każijiet ta’ esklużjoni, l-awtorità kontraenti tkun tixtieq xorta waħda tiżgura ruħha li dawn il-kandidati ma jinsabux f’wieħed mill-każijiet ta’ esklużjoni.

Konsegwentement, peress li l-awtorità kontraenti tkun tixtieq tiżgura ruħha dwar l-assenza ta’ dikjarazzjonijiet foloz tal-kandidati skont l-Artikolu 94(b) tar-Regolament Nru 1605/2002, u mhux abbażi tal-Artikolu 93(1) tal-istess regolament, din tal-aħħar ma hijiex obbligata li tosserva d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 134(5) tar-Regolament Nru 2342/2002.

(ara l-punti 47, 48)

2.      Deċiżjoni ta’ esklużjoni ta’ kandidat għal kuntratt ibbażata fuq l-Artikolu 94(b) tar-Regolament Nru 1605/2002, rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej, peress li dan ikun responsabbli għal dikjarazzjonijiet foloz, għandha n-natura ta’ sanzjoni amministrattiva, anki jekk ma tipi inserita l-ebda informazzjoni li tikkonċerah, fid-database msemmija fl-Artikolu 95 tal-imsemmi regolament. Fi kwalunkwe każ, anki jekk jiġi preżunt li tali deċiżjoni ma tistax titqies li imponiet sanzjoni fuq id-destinatarji, il-prinċipju ġenerali ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża għandu jiġi applikat mill-awtorità kontraenti.

Fil-fatt, il-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża għandu portata ġenerali u japplika, lil hinn mill-każijiet li fihom istituzzjoni tipprevedi li timponi sanzjoni, għal kull proċedura miftuħa fil-konfront ta’ persuna u li tista’ twassal għal att li jikkawżalha preġudizzju. F’dan ir-rigward, deċiżjoni ta’ esklużjoni immedjata tikkostitwixxi tal-inqas att li jikkawża preġudizzju lid-destinatarji, jiġifieri li hija tinċidi b’mod sostanzjali fuq l-interessi tagħhom, billi tiġġenera konsegwenzi ekonomiċi serji jew, b’mod iktar ġenerali, konsegwenzi serji fuq is-sitwazzjoni tagħhom. Fil-fatt, deċiżjoni li tiċħad il-kandidatura minħabba, b’mod partikolari, dikjarazzjonijiet foloz abbażi tal-Artikolu 94(b) tar-Regolament Nru 1605/2002 tista’ tal-inqas tippreġudika r-reputazzjoni tal-kandidati msemmija u jista’ jkollha konsegwenzi li jmorru lil hinn mill-kuntratt inkwistjoni. F’dan ir-rigward, għalkemm id-deċiżjoni ta’ esklużjoni ittieħdet wara għat-talba għal informazzjoni indirizzata lill-awtoritajiet nazzjonali mill-Kummissjoni, minħabba dubji li din tal-aħħar kellha dwar il-veraċità tad-dikjarazzjonijiet ta’ offerent, hemm lok li jiġi kkunsidrat li l-Kummissjoni approfondiet l-eżami ta’ element tal-kandidatura tal-imsemmi offerent u, permezz tal-imsemmija talba, bdiet proċess maħsub sabiex tivverifika d-dikjarazzjonijiet tal-imsemmi offerent li wassal għall-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ esklużjoni.

Barra minn hekk, iċ-ċirkustanza li l-ebda dispożizzjoni tar-Regolament Nru 1605/2002 jew tar-Regolament Nru 2342/2002, li jistabbilixxi l-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni tar-regolament finanzjarju, ma tipprevedi r-rispett tad-drittijiet tad-difiża tali f’każ ma timplikax, waħedha, l-esklużjoni ta’ tali garanzija abbażi tal-prinċipju ġenerali ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża.

Fi kwalunkwe każ, hija l-qorti li għandha tivverifika, meta din tqis li jkun hemm irregolarità li taffetwa d-drittijiet tad-difiża, jekk, skont iċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ dritt speċifiċi tal-każ, il-proċedura inkwistjoni setgħetx twassal għal riżultat differenti kieku r-rikorrenti setgħu jiżguraw aħjar id-difiża tagħhom fl-assenza ta’ din l-irregolarità.

(ara l-punti 55, 63-67, 72)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 69, 70)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 86)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 95-97, 102)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 104)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 107-111)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 115, 118)