Language of document : ECLI:EU:T:2018:318





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 – Consorzio di garanzia dell’olio extra vergine di oliva di qualità vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T-163/17)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kampanji promozzjonali simultanji taż-żejt taż-żebbuġa f’pajjiżi terzi, waħda, iffinanzjata mill-FEAG u intiża għall-promozzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li ġej mill-Ewropa, l-oħra, iffinanzjata mill-FAEŻR u intiża għall-promozzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li ġej minn Spanja – Nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn id-dipartimenti tal-Kummissjoni inkarigati mill-ġestjoni taż-żewġ programmi – Dannu materjali – Telf tal-kuntratt u lucrum cessans – Dannu morali – Ħsara għall-immaġni kummerċjali”

1.      Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet – Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu

(Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punti 32-34, 81)

2.      Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Att normattiv li jimplika għażliet ta’ politika ekonomika – Ksur suffiċjentement serju ta’ regola superjuri tad-dritt li tagħti drittijiet lil individwi  – Rekwiżit ta’ ksur manifest u gravi tal-limiti tas-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tal-leġiżlatur tal-Unjoni

(Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punt 37)

3.      Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni – Finanzjament mill-FAEG u mill-FAEŻR – Kampanji promozzjonali simultanji taż-żejt taż-żebbuġa f’pajjiżi terzi, waħda, iffinanzjata mill-FEAG u intiża għall-promozzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li ġej mill-Ewropa, l-oħra, iffinanzjata mill-FAEŻR u intiża għall-promozzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li ġej minn Spanja – Nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn id-dipartimenti tal-Kummissjoni inkarigati mill-ġestjoni taż-żewġ programmi  – Ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Assenza

(Artikolu 18 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 21; Regolament tal-Kunsill Nru 3/2008)

(ara l-punti 42-47, 52, 57)

4.      Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni – Finanzjament mill-FAEG u mill-FAEŻR – Kampanji promozzjonali simultanji taż-żejt taż-żebbuġa f’pajjiżi terzi, waħda, iffinanzjata mill-FEAG u intiża għall-promozzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li ġej mill-Ewropa, l-oħra, iffinanzjata mill-FAEŻR u intiża għall-promozzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li ġej minn Spanja – Nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn id-dipartimenti tal-Kummissjoni inkarigati mill-ġestjoni taż-żewġ programmi  – Ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Assenza

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41)

(ara l-punti 76, 77, 79)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kisba ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab essenzjalment minħabba n-nuqqas ta’ koordinazzjoni tad-dipartimenti tal-Kummissjoni inkarigati mill-ġestjoni tal-kampanji promozzjonali taż-żejt taż-żebbuġa Ewropew u taż-żejt taż-żebbuġa Spanjol f’pajjiżi terzi (l-Indja, ir-Russja u ċ-Ċina), ikkofinanzjati minn fondi Ewropej, kif ukoll minħabba n-nuqqas ta’ eliminazzjoni tad-distorzjonijiet tal-kompetizzjoni u effetti dannużi li rriżultaw minn dan.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Consorzio di garanzia dell’olio extra vergine di oliva di qualità għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

2)

Consorzio di garanzia dell’olio extra vergine di oliva di qualità għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.