Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Mejju 2011 - Atlas Transport vs UASI

(Kawża T-145/08)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja verbali ATLAS - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Benelux Atlasair - Rekwiżiti proċedurali - Preżentata ta' nota li tispjega r-raġunijiet tal-appell - Sospensjoni tal-proċedura amministrattiva - Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Regola 20(7) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Atlas Transport GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Hildebrandt, K. Schmidt-Hern u B. Weichhaus, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Atlas Air, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment R. Dissmann, sussegwentement R. Dissmann u J. Guhn, avukati)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta' Jannar 2008 (Każ R 1023/2007-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Atlas Air, Inc. u Atlas Transport GmbH.

Dispożittiv

1)    L-appell huwa miċħud.

2)    Atlas Transport GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u ta' Atlas Air Inc.

____________

1 - ĠU C 158, 21.06.2008