Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Settembru 2008 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-143/08)1

("Servizz Pubbliku - Sigurtà Soċjali - Ċaħda tat-talba intiża għar-rimbors ta' 100% ta' ċerti spejjeż mediċi tar-rikorrent")

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn de A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

B'mod partikolari, talba għal annullament tad-deċiżjonijiet tal-uffiċċju ta' ħlasijiet tal-iskema komuni tal-assigurazzjoni tas-saħħa tal-Komunitajiet Ewropej li jirrifjuta, minn naħa, li jħallas lura 100% ta' ċerti spejjeż mediċi sostnuti mir-rikorrent, u min-naħa l-oħra, li jirrimborsa l-ispejjeż ta' eżami mediku skont ir-regoli applikabbli fir-rigward ta' konsultazzjonijiet ma' tobba speċjalisti, kif ukoll talba intiża sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas ċerti ammonti tal-ispejjeż mediċi.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Il-partijiet għandhom iħallsu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 - ĠU C 223, 22.9.2007 (li qabel kienet il-Kawża F-20/07)