Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-14 ta' Ottubru 2009 - Ferrero SpA vs UASI - Tirol Milch (TiMi KiNDERJOGHURT)

(Kawża T-140/08)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva TiMi KiNDERJOGHURT - Trade mark verbali preċedenti KINDER - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' xebh bejn is-sinjali - Proċedimenti ta' oppożizzjoni preċedenti - Nuqqas ta' res judicata - Artikolu 8(1)(b), Artikolu 8(5), u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 8(1)(b), l-Artikolu 8(5), u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ferrero SpA (Alba, l-Italja) (rappreżentanti: C. Gielen u F. Jacobacci, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Tirol Milch reg.Gen.mbH Innsbruck (Innsbruck, l-Awstrija)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta' Jannar 2008 (Każ R 682/2007-2) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Ferrero SpA u Tirol Milch reg.Gen.mbH Innsbruck.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Ferrero SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 142, 7.6.2008.