Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta' Lulju 2012 - Message Management vsUASI - Absacker (ABSACKER of Germany)

(Kawża T-304/12)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Message Management GmbH (Wiesbaden, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Konle, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Absacker GmbH (Köln, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-21 ta' Marzu 2012, fil-Każ R 1028/2011-1 u tiċħad ir-rikors marbut mal-proċedimenti ta' oppożizzjoni Nru B 1 663 700 mibdija kontra l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 8 753 691 tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-21 ta' Marzu 2012, fil-Każ R 1028/2011-1 u tiċħad ir-rikors marbut mal-proċedimenti ta' oppożizzjoni Nru B 1 663 700 mibdija kontra l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 8 753 691 tar-rikorrenti sa fejn tikkonċerna l-klassijiet 32 u 33;

iktar sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-21 ta' Marzu 2012, fil-Każ R 1028/2011-1 u tiċħad ir-rikors marbut mal-proċedimenti ta' oppożizzjoni Nru B 1 663 700 mibdija kontra l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 8 753 691 tar-rikorrenti sa fejn tikkonċerna l-klassi 33.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, bl-abjad u bl-iswed, li tirrappreżenta ajkla u li tinkludi l-element verbali "ABSACKER of Germany" għal prodotti fil-klassijiet 25, 32 u 33 - applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 8 753 691

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Absacker GmbH

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks figurattivi nazzjonali bl-iswed, bl-oranġjo u bl-abjad, li jinkludu l-element verbali "ABSACKER" għal prodotti fil-klassijiet 25, 33 u 43

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Motivi invokati: konstatazzjoni żbaljata ta' xebh tas-sinjali u ta' probabbiltà ta' konfużjoni.

____________