Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2024 – Ilovepdf vs EUIPO (ILOVEPDF)
(Kawża T-60/23) 1
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali ILOVEPDF – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001 – Aspettattivi leġittimi – Ugwaljanza fit-trattament”)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ilovepdf, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. Oriol Asensio, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Nicolás Gómez, aġent)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament u r-riforma tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-18 ta’ Novembru 2022 (Kawża R 641/2021-5).
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Ilovepdf u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
____________
1 ĠU C 112, 27.3.2023.