Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2024 – Pumpyanskiy vs Il-Kunsill

(Kawża T-221/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Alexander Dmitrievich Pumpyanskiy (Conches, l-Isvizzera) (rappreżentanti: T. Bontinck, A. Guillerme u M. Brésart, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/847 tat-12 ta’ Marzu 2024 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna sa fejn tinkludi isem ir-rikorrent fil-lista li tinsab fl-anness tad-deċiżjoni;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/849 tat-12 ta’ Marzu 2024 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna sa fejn tinkludi isem ir-rikorrent fil-lista li tinsab fl-Anness I tar-regolament;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt għall-protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u l-irregolarità tal-proċedura ta’ tiġdid.

____________