Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Diċembru 2008 - Kronoply u Kronotex vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-388/02)1

("Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet - Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta' rikors - Pubblikazzjoni ta' komunikazzjoni fil-qosor - Nuqqas ta' effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva - Inammissibbiltà - Status ta' persuna kkonċernata - Ammissibbiltà - Nuqqas ta' ftuħ tal-proċedura ta' investigazzjoni formali - Nuqqas ta' diffikultajiet serji")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Kronoply GmbH & Co. KG (Heiligengrabe, il-Ġermanja); u Kronotex GmbH & Co. KG (Heiligengrabe) (rappreżentanti: inizjalment R. Nierer, u sussegwentement R. Nierer u L. Gordalla, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Kreuschitz u M. Niejahr, u sussegwentement V. Kreuschitz, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Zellstoff Stendal GmbH (Arneburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Müller-Ibold u K.U. Karl, u sussegwentement T. Müller-Ibold, avukati); Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: W.D. Plessing u M. Lumma, aġenti); u Land Sachsen-Anhalt (Il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. von Donat u G. Quardt, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ġunju 2002 li ma tqajjimx oġġezzjonijiet dwar l-għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi lil Zellstoff Stendal għall-kostruzzjoni ta' fabbrika għall-produzzjoni tal-polpa tal-karta.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kronoply GmbH & Co. KG u Kronotex GmbH & Co. KG huma kkundannati jbatu, barra mill-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll minn Zellstoff Stendal GmbH u l-Land Sachsen-Anhalt.

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 44, 22.2.2003.